Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • DIKJARAZZJONI TA’ PRIVATEZZA

Dikjarazzjoni ta’ privatezza għal attivitajiet virtwali u fuq il-post taċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) joffri żjarat u preżentazzjonijiet virtwali u fuq il-post iggwidati ("attivitajiet").

Dawn l-attivitajiet huma organizzati mid-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjonijiet tal-BĊE u, fil-każ ta’ attivitajiet virtwali, ospitati permezz ta’ pjattaforma esterna, eż. Cisco Webex Events/Cisco Webex Meetings, jew Microsoft Teams.

Meta trid tipparteċipa fi żjarat jew preżentazzjonijiet, iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE jiġbor id-dejta li ġejja: isem, kunjom, organizzazzjoni (jekk applikabbli), età, indirizz elettroniku tal-organizzatur (tal-grupp), u data u ħin taż-żjara skedata jew preżentazzjoni. Din id-dejta tinġabar manwalment permezz ta’ email mill-persunal tal-BĊE.

X’inhu l-qafas legali tagħna?

Id-dejta personali kollha tiġi pproċessata skont il-Liġi tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Dejta skont ir-Regolament (EU) 2018/1725  tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.)

Għaliex nipproċessaw id-dejta personali?

Id-dejta personali hija pproċessata għal skopijiet organizzattivi relatati mal-attivitajiet virtwali u fuq il-post biss. Għal attivitajiet fuq il-post, id-dejta personali hija pproċessata għall-iskop addizzjonali li tiġi żgurata s-sigurtà tal-viżitaturi waqt li jkunu fil-post, u biex jinżamm kont ta’ min qed iżur il-post tal-BĊE.

X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek?

Id-dejta personali tiegħek tiġi pproċessata mill-BĊE:

  • fit-twettiq ta’ kompitu fl-interess pubbliku, ibbażat fuq l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725 flimkien mar-regoli interni tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek?

Il-BĊE huwa l-kontrollur tal-ipproċessar tad-dejta personali kollha miġbura. Id-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjonijiet huwa l-proċessur għad-dejta personali miġbura manwalment permezz tal-email mill-persunal tal-BĊE.

Min se jriċievi d-dejta personali tiegħek?

Ir-riċevituri tad-dejta huma persunal mit-Tim taċ-Ċentru tal-Viżitaturi fid-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjonijiet.

Ir-riċevituri tad-dejta se jkunu t-timijiet fid-Direttorat Ġenerali msemmi hawn fuq responsabbli għall-immaniġġjar tal-avvenimenti u l-kuntatti, inklużi attivitajiet relatati bħat-trasport tal-parteċipanti, l-ipproċessar tal-badges tal-aċċess u l-kontrolli tal-plawsibilità.

X’ tipi ta’ dejta personali jinġabru miċ-Ċentru tal-Viżitaturi?

Il-BĊE jipproċessa d-dejta personali li ġejja:

  • l-isem u l-kunjom
  • l-organizzazzjoni (jekk japplika);
  • l-età;
  • indirizz tal-email tal-organizzatur (tal-grupp);
  • id-data u l-ħin taż-żjara jew preżentazzjoni skedata.

Biex tattendi konferenza virtwali jew żjara gwidata virtwali, Cisco Webex Events/Cisco Webex Meetings jeħtieġ li dawk li jattendu jipprovdu l-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-email tagħhom. Microsoft Teams jeħtieġ biss li dawk li jattendu jipprovdu isem u kunjom.

Id-dikjarazzjoni ta’ privatezza ta’ Microsoft tinsab fi https://privacy.microsoft.com/en-us/privacystatement

Id-dikjarazzjoni ta’ privatezza ta’ Cisco tinsab fi https://www.cisco.com/c/en/us/about/legal/privacy-full.html

Kemm idum iżomm id-dejta personali l-BĊE?

Dejta personali miġbura għal attivitajiet virtwali tinħażen għal massimu ta’ xahar, qabel ma titħassar.

Id-dejta personali miġbura għall-iskopijiet ta' kontroll ta' min qed iżur il-bini tal-BĊE tinħażen sa sena, u wara dak il-perijodu titħassar.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek?

Int għandu jkollok id-dritt ta’ aċċess għad-dejta personali tiegħek u tikkoreġi kwalunkwe dejta li mhijiex eżatta jew mhijiex kompluta. Għandek ukoll (b'xi limitazzjonijiet) id-drittijiet li tħassar id-dejta personali tiegħek, li tirrestrinġi l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Int għandek id-dritt ta’ aċċess tad-dejta personali tiegħek u tikkorreġi kwalunkwe dejta li mhijiex eżatta jew mhijiex kompluta. Inti għandek ukoll (b'xi limitazzjonijiet) id-dritt għal dan li ġej:

  • tħassar id-dejta personali tiegħek;
  • tillimita jew toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Min tista’ tikkuntattja f’każ ta’ mistoqsijiet jew talbiet?

Tista' teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja liċ-Ċentru tal-Viżitaturi fi [email protected]. Tista’ tikkuntattja wkoll direttament lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-BĊE f’[email protected] dwar kull mistoqsija relatata ma’ dejta personali.

Biex tikkuntattja l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

Jekk tikkunsidra li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 nkisru bħala riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek, int għandek id-dritt li tressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe żmien.